sexual education

Il-Kamra tar-Rappreżentanti Ingliża din il-ġimgħa għandha tieħu vot fuq leġislazzjoni maħsuba biex tintroduċi programm ta’ edukazzjoni sesswali għat-tfal fl-iskejjel primarji, tfal li l-eta tagħhom hi ta’ ħames snin ‘il fuq. Iċ-“Children, Schools and Families Bill” tinkludi wkoll klawsoli, li skont kritiċi, mhumiex wisq ta’ ċaħda tat-tagħlim tal-Knisja.

L-abbozz, li se jittieħed vot fuqu t-Tlieta, qed iqajjem tħassib madwar ir-Renju Unit speċjalmenty fost saċerdoti u lajċi li qalu li jarawha bħala pass ieħor lejn iktar teħid ta’ libertajiet leġittimi. Minħabba li ħafna skejjel kattoliċi fir-Renju Unit huma megħjuna jew sussidjati mill-Istat, qed jingħad li l-Abbozz qed jhedded ukoll li  jneħħi l-identita kattolika tal-istess skejjel.

Qed jingħad li l-leġislazzjoni, li saċerdot partikolari sejjaħ “terifikanti”, jekk tgħaddi, tagħti mandat lill-iskejjel kollha tal-Istat, mhux biss biex jgħallmu l-edukazzjoni sesswali u relazzjonali (SRE), imma biex jagħtu wkoll servizzi ta’ informazzjoni li jinkludi dawk li jopponu l-ħajja u l-familja.  Kritiċi qed jgħidu l-iskejjel ikun impost fuqhom  li jgħallmu l-edukazzjoni sesswali u realzzjonali skont il-prinċipji ta’ “l-ugwaljanza”, “id-diversita” u “d-drittijiet”, li l-Gvern jingħad li jinterpretahom li jinkludu kwistjonijiet bħall-abort, kontroll tat-twelid, omosesswalita u għadd ta’ prattiċi sesswali differenti.