• Nhar l-Erbgħa 25 ta’ Jannar 2017, Festa tal-Konverżjoni ta’ San Pawl, l-Arċisqof Charles J. Scicluna żar l-iskola tas-Seminarju fl-okkażjoni ta’ Jum l-Iskola. Fi tmiem il-quddiesa tas-sebgħa u t-tmien sena Monsinjur Arċisqof indirizza lill-istudenti dwar xi jfisser għalihom San Pawl illum u ppreżenta lil Matthias Spiteri l-Good Samaritan Award għall-ġenerożità tiegħu mal-oħrajn. Matul il-ġurnata l-bqija tal-istudenti tas-sekondarja kellhom diskussjonijiet dwar kif bħal San Pawl nistgħu nużaw tajjeb il-mezzi ta’ komunikazzjoni  anke biex nwasslu l-fidi. Monsinjur Arċisqof ħa sehem waqt id-diskussjonijiet tal-għaxar sena. Fi tmiem il-ġurnata Monsinjur Arċisqof kien preżenti għaċ-ċelebrazzjoni fil-primarja li matulha huwa ġie mistoqsi minn wieħed mill-istudenti dwar kif nistgħu nikkomunikaw aħjar illum. Fl-aħħar taċ-ċelebrazzjoni l-Arċisqof ppreżenta l-Good Samaritan Award lil Julian Borda, student tal-ħames sena.

  • Ritratti: Uffiċċju Komunikazzjoni, Kurja