L-isqfijiet li tkellmu fis-Sinodu tal-Isqfijiet fl-Afrika kienu oservati jużaw ton differenti, xi kultant diverġenti, meta tkellmu dwar l-Islam, għaldaqstant huma qablu kollha fuq il-ħtieġa tad-djalogu u l-liberta reliġjuża.

Monsinjur Joseph Bato’ora Ballong Wen Mewuda, kelliemi tas-Sinodu bil-lingwa Franċiża, afferma dan u nnota id-differenza fl-espresjonijiet kif espressi bejn l-Isqfijiet tal-Afrika ta’ Fuq u dawk mill-Afrika tas-Sub-Sahara.

Dawn id-differenzi huma riflessi fil-konklużjonijiet tal-gruppi ta’ ħidma tat-Tieni Assemblea tas-Sinodu tal-Isqfijiet tal-Afrika. Dawn il-konklużjonijiet tal-gruppi ta’ ħidma, kull grupp magħmul min għoxrin membru, kienu rrappurtati minn Fr Gerard Chabanon, superjur ġenerali għall-Misjonijiet tal-Afrika.

Huwa nnota li l-Isqfijiet tal-Afrika ta’ Fuq kienu “prudenti” meta ġew biex jiċħdu inċidenti ta’ restrizzjoni fuq il-liberta reliġjuża fil-komunitajiet rispettivi. Għall-eżempju, l-Arċisqof Vincent Landel tar-Rabat, Marokk, President tal-Konferenza Episkopali tal-Afrika ta’ Fuq, semma fl-intervent tiegħu studenti żgħar mis-Sub Sahara fil-Maghreb u qal li dawn iż-żgħażagħ “jiskopru dinja fejn l-islam hija tal-komunita u fejn prattikament mhemmx liberta reliġjuża”.