Il-Ġimgħa, 23 ta’ April, 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP mexxa l-Pellegrinaġġ bil-pittura titular ta’ Pinu għas-Santwarju tagħha, Għawdex. Minħabba li din il-Bazilika Marjana tgawdi minn devozzjoni qawwija, il-Papa Benedittu XVI, nhar il-Ħadd, 18 ta’ April, 2010, fuq il-Fosos tal-Furjana, irregala Warda tad-Deheb bħala rikonoxximent.

L-Insara gew mistiedna jakkumpanjaw b’carcade il-Kwadru tal-Madonna ta’ Pinu mill-Knisja Parrokkjali tal-Mosta lejn is-Santwarju Ta’ Pinu f’Għawdex. Fit-triq saret waqfa qasira ħdejn is-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa. Għal ħabta tal-4:30p.m, il-kwadru tal-Madonna ta’ Pinu u l-pellegrini telaw fuq il-vapur tal-Gozo Channel bl-isem “Ta’ Pinu”.

Għal ħabta tal-5:00 p.m, l-Isqof Mario Grech flimkien mal-poplu Għawdxi laqaw il-Kwadru fl-Imġarr u flimkien telqu lejn is-Santwarju Ta’ Pinu, fl-Għarb. Il-pellegrinaġġ għadda minn Għajnsielem, ix-Xewkija, ir-Rabat u l-Għasri. Mal-wasla ħdejn il-Kappella ta’ San Publiju, bdiet purċissjoni lejn is-Santwarju Ta’ Pinu, bis-sehem tas-saċerdoti u l-fratellanzi Marjani tal-parroċċi Għawdxin. Mal-wasla fuq iz-zuntier tas-Santwarju beda Pontifikal Solenni b’radd il-ħajr għaż-Żjara Appostolika f’Malta, tal-Papa Benedittu XVI. Il-Pontifikal tmexxa mill-Arċisqof Pawlu Cremona flimkien man-Nunzju Appostoliku Tommaso Caputo u l-Isqof ta’ Għawdex Mario Grech, l-Arċisqof Emeritus Ġuzeppi Mercieca, l-Isqof Emeritus Nikol Cauchi u Isqfijiet ohra.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar. Ir-ritratti ta’ din l-attivita’ jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]

Jekk kont preżenti għal din l-attivita’, ħalli l-kummenti tiegħek.