• It-Tnejn, l-1 ta’ Awwissu 2016, waslu lura Malta uħud miż-żgħażagħ li attendew għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ fil-Polonja. Iż-żgħażagħ li waslu Malta t-Tnejn wara nofsinhar jinkludu membri taż-Żgħażagħ Azzjoni Kattolika (ŻAK) li fuq talba tal-Arċisqof Charles J. Scicluna ħadu ħsieb il-parteċipazzjoni tad-delegazzjoni Maltija fil-Polonja.
    Iż-żgħażagħ Maltin li attendew il-Jum Dinji taż-Żgħażagħ kien ta’ aktar minn 650, minn 23 għaqda reliġjuża differenti u minn diversi parroċċi f’Malta u Għawdex.