Photo by Scott Webb

Missio Malta qed tieħu sehem fl-attività annwali, Valletta Green Festival li ser issir f’Pjazza San Ġorġ, il-Belt Valletta bejn it-2 u 7 ta’ Mejju. 

Min iżur l-attività li tippromwovi ħajja iktar qrib tan-natura, jista jżur l-istand ta’ Missio fejn għal donazzjoni jingħata żerriegħa tal-warda tax-xemx. 

“Din il-fjura tipika tal-Mediterran magħrufa għall-kulur isfar jgħajjat tagħha, dejjem iddur tħares lejn ix-xemx. Bl-istess mod, kuljum Missio permezz tal-ħidma tagħha tgħin elf ta’ persuni f’pajjiżi mbgħeda tal-Afrika, l-Asja u l-Amerika t’Isfel, sabiex ikunu jistgħu huma ukoll iħarsu lejn id-dawl, u jittamaw f’ġejjieni aħjar,” qal Robert Farrugia, Il-Kap tal-Komunikazzjoni u l-Ġbir ta’ Fondi ta’ Missio Malta.

Il-flus miġbura minn din l-attività ser imorru b’rizq proġett ta’ razzett agrikolu fit-Tanzanija, li ser jgħin fil-ġenerazzjoni tal-ikel għal numru ta’ familji.

L-attività Valletta Green Festival hija mtella mill-Aġenzija Kulturali tal-Belt Valletta.