Tonio Mallia hu l-Kap Eżekuttiv ġdid tal-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann, li qed jieħu postu wara Cynthia de Giorgio, li mexxiet il-maniġment tal-fondazzjoni sa mill-2004. Il-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann irringrazzjat lis-Sinjura de Giorgio għax-xogħol tagħha lejn il-konservazzjoni ta’ dan il-monument nazzjonali għall-istat oriġinali. Is-Sinjura de Giorgio se tkompli fl-irwol tagħha bħala kuratur.

Is-Sur Mallia serva bħala Direttur għall-Procurement u l-Kuntratti fl-Università ta’ Malta bejn l-2010 u l-2021, u Direttur tal-Immaniġjar tal-Materjali u Loġistika fl-Isptar Mater Dei, l-Isptar San Luqa u l-Isptar Boffa, u serva bħala Konsulent fil-qasam tal-Iżvilupp tas-Suq għal diversi organizzazzjonijiet, fost irwoli oħra fin-nursing, fil-qasam tas-saħħa, u l-kura tal-anzjani.

Hu beda fil-kariga tiegħu minn nhar l-1 ta’ April 2022.