L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ħatar lil Kan. Anton Galea Scannura bħala kappillan tal-parroċċa ta’ San Pietru fil-Ktajjen, Birżebbuġa.

Kan. Anton Galea Scannura twieled il-Belt Valletta fis-17 ta’ Lulju 1973. Hu rċieva l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola Primarja ta’ Stella Maris Balzan, fil-Junior Lyceum tal-Ħamrun, u fis-6th Form G.F. Abela, l-Imsida. Huwa kompla l-istudji terzjarji fil-Fakulta tat-Teoloġija (Filosofija u Teoloġija) fl-Università ta’ Malta.

Kan. Anton Galea Scannura ġie ordnat saċerdot fis-26 ta’ Ġunju 1998 u fl-istess sena nħatar u serva fil-parroċċi tal-Kunċizzjoni Ħamrun, San Ġiljan, Bormla u mill-2007 bħala Kappillan tal-Kalkara.

Il-parroċċa ta’ Birżebbuġa tiġbor fiha madwar 10,532 persuna f’ 3,200 familja.