Fr Christopher Galea

L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ħatar lil Dun Christopher Galea bħala kappillan tal-parroċċa ta’ San Bartilmew, Ħal Għargħur.

Dun Christopher twieled fl-14 ta’ Ottubru 1969. Hu rċieva l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola primarja tal-Mosta u fl-iskola St Michael’s, St Venera. Hu kompla l-istudji terzjarji fil-Fakultà tat-Teologija (Filosofija u Teoloġija), fl-Università ta’ Malta.

Dun Christopher Galea ġie ordnat saċerdot fit-2 ta’ Lulju 1999 u nħatar viċi-kappillan tal-parroċċa ta’ San Ġorġ, Ħal Qormi. Wara seba’ snin inħatar kappillan tal-parroċċa Madonna ta’ Lourdes, Raħal Ġdid, fejn ilu jservi sal-lum.

Il-parroċċa ta’ Ħal Għargħur, tiġbor fiha madwar 3,000 persuna f’ 900 familja.