• L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ħatar lil Dun Marc Andrè Camilleri, mill-parroċċa tas-Salvatur, Ħal Lija, bħala kappillan tal-parroċċa ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid.

    Dun Marc Andrè Camilleri twieled fil-15 ta Awissu 1984. Huwa rċieva l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola primarja ta’ Ħ’Attard, l-edukazzjoni sekondarja fis-Seminarju Minuri tal-Virtù, u l-edukazzjoni post-sekondarja fil-Junior College, l-Imsida. Kompla l-istudju terzjarji (Filosofija u Teoloġija) fil-Fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta.

    Dun Marc Andrè ġie ordnat saċerdot fit-23 ta’ Ġunju 2010. Huwa beda l-ħidma pastorali tiegħu fil-parroċċa ta’ San Sebastjan, Ħal Qormi, fejn serva għal erba’ snin, tlieta minnhom bħala viċi kappillan. Tul dawn is-snin kien ukoll assistent direttur spiritwali tal-iskola primarja ta’ San Sebastjan, Ħal Qormi. Minn erba’ snin ‘l hawn, Dun Marc Andrè huwa wkoll membru tal-Missjoni ż-Żgħira.

    Il-parroċċa ta’ Kristu Re  tiġbor fiha madwar 7,127 persuna f’2,721 familja.