• L‑Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lil Dun René Vella bħala kappillan tal‑Parroċċa ta’ Santa Luċija, l‑Imtarfa.

      Dun René Vella twieled fis‑6 ta’ Diċembru 1957. Huwa rċieva l‑edukazzjoni primarja fl‑Iskola ta’ Santa Monika, Birkirkara, u l‑edukazzjoni sekondarja fil‑Kulleġġ ta’ San Alwiġi, Birkirkara, u kompla l-istudji terzjarji fil-Fakultà tat-Teoloġija (Filosofija u Teoloġija) fl-Università ta’ Malta.

      Dun René ġie ordnat saċerdot fid‑29 ta’ Ġunju 1984. Beda l‑ħidma pastorali tiegħu fis‑Seminarju bħala għalliem u bħala direttur djoċesan tal‑abbatini, u wara bħala viċi‑arċipriet fil‑Parroċċa tan‑Naxxar. Fl‑1993 inħatar kordinatur tal‑programmi reliġjużi fil‑Media Centre tal‑Arċidjoċesi, u fl‑istess perijodu kien rettur taż‑żona tas‑Sgħajtar fin‑Naxxar. Wara xi xhur fil‑Parroċċa ta’ Ħ’Attard, fl‑2004 inħatar kappillan tal‑Parroċċa ta’ Ħal Tarxien, u fl‑2006 inħatar kappillan tal‑Parroċċa ta’ Pembroke.

      Il‑Parroċċa tal‑Imtarfa tiġbor fiha madwar 2,300 persuna f’730 familja.