L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ħatar lil Dun Joe Caruana bħala Kappillan tal-Parroċċa tal-Mellieħa.

Dun Joe Caruana twieled il-Mellieħa nhar it-2 ta’ Awissu, 1960. Hu attenda l-iskola primarja tal-Mellieħa, l-iskola sekondarja tas-Seminarju Minuri, Floriana u s-Sixth Form fl-iskola ta’ Stella Maris, il-Gzira. Kompla l-istudji terzjarji fil-Fakulta tat-Teoloġija, tal-Virtu’, Rabat.

Dun Joe kien ordnat saċerdot fil-11 ta’ Lulju, 1986. L-ewwel xogħol pastorali tiegħu kien bħala viċi parroku l-Mellieħa u direttur spiritwali f’diversi skejjel sekondarji u tas-snajja. F’Ottubru  tal-1989 inħatar kappillan tal-parroċċa tal-Manikata, fejn dam għal erba’ snin  waqt li kompla bix-xogħol pastorali tiegħu fl-iskejjel. F’Novembru ta’ l-1993 nħatar kappillan tal-parroċċa ta’ Ħal Għaxaq fejn serva għal seba’ snin. Wara sena sabbatika, li matulha għamel kors ta’ aġġornament l-Ingliterra u ħadem f’żewġ parroċċi fl-Istati Uniti, huwa għadda sitt xhur bħala sostitut fiċ-Ċentru Pastorali tan-Nigret, ir-Rabat u f’Marzu tal-2002 inħatar bħala Kanonku Arċipriet tal-parroċċa tal-Birgu.

Il-parroċċa tal-Mellieħa tiġbor fiha madwar 7,100 persuna f’1,800 familja.