Orthodox and Catholics

Rappreżentanti Kattoliċi u Ortodossi Ewropej faħħru t-tkabbir ta’ kuxjenza għad-drittijiet reliġjużi fil-kontinent u appelaw lill-Gvernijiet sabiex iħallu lill-Knejjes jassumu rwol iktar attiv fid-dibattiti ta’ natura etika.  Fi stqarrija konġunta mill-gżira Griega ta’ Rodi, ir-rappreżentanti qalu li l-Isqfijiet u t-teoloġi fit-tieni forum Kattoliku-Ortodoss laqgħu l-protezzjoni legali mogħtijalid-drittijiet reliġjużi mill-Kostituzzjonijiet Demokratiċi Ewropej, kif ukoll minn strumenti internazzjonali bħaċ-Charter tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Kompla jingħad li “is-sistema legali li fuqha mibnija l-pajjiżi u r-relazzjonijietma tistax tiddependi fuq l-opinjonijiet jinbidlu tan-nies, lanqas fuq azzjonijiet minn gruppi li jitfgħu xi forma ta’ pressjoni. Din is-sistema għandha tkun ibbażata fuq valuri umani intrinsiċi. Il-Knejjes tagħna jixtiequ jkollhom sehem aktar attiv f’dibattiti ta’ natura morali u etika u li jolqtu l-futur tas-soċjeta. Nitolbu għalhekk lill-Gvernijiet u lill-politiċi sabiex jikkommettu lilhom infushom għal garanzija tal-liberta reliġjuża fl-Ewropa u jippromwovuha fid-dinja, waqt li tissokta l-ġlieda kontra kull forma ta’ diskriminazzjoni ibbażata fuq reliġjon.