Il-Ġimgħa 22 ta’ Lulju – Il-President George Abela ġie ppreżentat bil-Memorandum Uffiċjali tal-Young People’s Forum 2010/2011. Id-dokument jiġbor l-opinjonijiet immeddjati taż-żgħażagħ dwar is-social media u l-impatt li qiegħed ikollhom fuq l-individwi u fuq is-soċjetà. Il-Memorandum kien, aktar kmieni f’Lulju, ippreżentat ukoll lill-Arċisqof Paul Cremona.

Il-Forum huwa eżerċizzju ta’ diskussjoni li jwassal il-vuċijiet taż-żgħażagħ lill-persuni b’responsabbiltajiet ewlenin kemm fil-Knisja kif ukoll fis-socjetà. Din hija r-raba’ edizzjoni tal-Young People’s Forum organiżżat minn KDŻ, bil-parteċipazzjoni diretta ta’ aktar minn 300 żagħżugħ u żagħżugħa.

Matul il-ġimgħat li ġejjin, KDŻ se tippreżenta formalment il-Memorandum lil mexxeja statali u ekkleżjastiċi oħra.