• Fid-dawl taċ-ċirkostanzi preżenti, ġie deċiż li ċ-ċelebrazzjonijiet esterni marbuta mal-festa ta’ Santu Wistin fil-Belt Valletta fil-jiem li ġejjin, jitħassru.

    Il-funzjonijiet liturġiċi fil-knisja ser ikomplu kif ippjanat jiġifieri llum u għada, 19 u 20 ta’ Settembru, ikunu jiem tat-tridu bil-funzjoni tibda fis-6.30pm. Is-Sibt 21 ta’ Settembru, filgħaxija ssir il-Quddiesa Solenni fis-6.30pm. Nhar il-Ħadd il-Quddiesa tkun bħal ta’ nhar ta’ Ħadd jiġifieri fis-7am, fid-9.30am, fil-10.45am u fis-7.15pm.

    Nappellaw biex ilkoll kemm aħna nħallu l-investigazzjonijiet tal-pulizija u l-proċeduri tal-Qrati Ċivili jkomplu bil-ħidma tagħhom.

    Il-Provinċja Agostinjana Maltija twiegħed kull sapport lill-Komunità Parrokkjali ta’ Santu Wistin u b’mod partikolari lil dawk kollha li jgħinu fil-ħajja tal-Parroċċa u l-organizzazzjoni tal-festa.