• Kors ta’ preparazzjoni għal Maltin li se jiżżewġu ma’ Barranin

  • Dar l-Emigrant u l-Catholic Enquiry Centre ser jorganizzaw laqgħat ta’ preparazzjoni għaż-żwieġ ta’ Maltin ma’ barranin f’Dar l-Emigrant, il-Belt Valletta. Mistiedna jattendu għal dawn is-seminars l-għarajjes Maltin li ser jiżżewġu ma’ barranin. Jistgħu jattendu l-koppja flimkien jekk il-parti barranija tkun Malta.  Jekk il-parti barranija ma tkunx tista’ tattendi għal xi raġuni jew oħra imbagħad isiru appuntamenti għall-laqgħat fuq bażi personali. Il-lingwi li jintużaw waqt dawn il-laqgħat huma l-Malti u l-Ingliż.

    Data Ħin Suġġetti Kelliema
    26 ta’ April 2014 09.00 am  Introduzzjoni u ż-żwieġ hu magħmul minn żewġ persuni Mrs Antoinette Giglio
    09.45  am  Id-dinja sabiħa u mżejna b’kulturi differenti Sr Maria Buhagiar
    10.30 am  Waqfa għall-kafe
    11.00 am  Dokumenti u kull meħtieġ għall-proċedura ċivili Mr Carmelo Mifsud
    03 ta’ Mejju 2014 09.00 am  Għalfejn ser niżżewġu?! Fr Alfred Vella
    09.45 am  X’tifhem  il-Knisja bi żwieġ nisrani Fr Alfred Vella
    10.30 am  Waqfa għall-kafe
    11.00 am  Iċ-Ċerimonja taż-żwieġ – Sens għall-ħajja Fr Alfred Vella
    10 ta’ Mejju 2014 09.00 am  Iż-żwieġ, l-avventrua tagħna t-tnejn flimkien Dr & Mrs Louis Thompson
    09.45 am  Il-liġi civili u ż-żwieġ  Dr Brian Said LLD
    10.30 am  Waqfa għal kafe
    11.00 am  Ir-rigal tal-Ħajja  Dr John Mamo M.B., Ch.B., F.R.C.O.G.
    17 ta’ Mejju 2014 09.00 am Film “Fire Proof”
    Waqfa għal Kafe
    Diskussjoni u Egħluq ta’ dawn is-Seminars ta’ preparazzjoni Mrs A. Giglio u Mrs Rose Sammut