Bejn Ottubru u Mejju li ġejjin fiċ-Ċentru Pastorali Familja Mqaddsa, is-Sgħajtar, se jittellgħu 22 laqgħa li se jidħlu ftit fil-fond dwar l-istqarrija tal-fidi tagħna. L-isfond ser ikun il-Kredu u minnu ser jittieħdu titli għad-diskussjoni.

Il-laqgħat miftuħin għal kulħadd ser jitmexxew minn Fr.Ray Zammit, ir-Rettur taċ-Ċentru Pastorali li se jkunu dejjem kull nhar ta’ Ħamis fis-7:45pm.

Ser ikun hemm min jieħu ħsieb it-tfal u refreshments ser jitqassmu wara l-quddiesa tas-7pm.