L-Għaqda Biblika Maltija qed torganizza 7 korsijiet ġodda fuq il-Bibbja bejn Frar u April 2010.  L-għan ta’ dawn il-korsijiet huwa li min jattendi għalihom ikun jista’ jaqra u jifhem il-Bibbja u l-messaġġ tagħha aħjar u b’mod tajjeb.

It-temi tal-korsijiet huma varjati ħafna biex jilħqu l-interess ta’ kulħadd.  Il-lecturers huma persuni esperti fis-suġġetti li se jgħallmu.

Il-korsijiet isiru filgħaxija bejn is-6.00 u s-7.30 p.m. u jkun hemm break għar-refreshments. Il-korsijiet isiru bil-Malti  u kulħadd jista’ jattendi għalihom.

Il-korsijiet huma: (1) Il-Madonna fil-Bibbja u fit-Tagħlim tal-Knisja (Dun Karm Attard); (2) L-Antropoloġija Nisranija fid-Dawl tal-Kelma ta’ Alla (P. Luċjan Borg OSA); (3) Il-Proklamazzjoni tal-Kelma waqt il-Liturġija (Dun Hector Scerri);  (4) Il-Bniedem: qalb għatxana għal Alla (P. Arthur Vella SJ);  (5) X’ġara fil-Passjoni skont San Luqa (Dun Alfred Agius); (6) Il-Bidu tal-Kristjaneżmu f’Malta – Arkeoloġija Biblika (Mr Glen Farrugia); (7) Is-Salmi (P. Martin Cilia MSSP).

Il-korsijiet isiru fis-sala tal-konferenzi tal-Għaqda Biblika Maltija fl-indirizz :  51,  Triq il-Miratur, Floriana.

Għal aktar informazzjoni jew biex japplika, wieħed jista’ jċempel lill-Għaqda Biblika Maltija fuq 21220318 bejn id-9.00 a.m. u s-1.00 p.m. u bejn is-2.15 p.m. u l-5.00 p.m. mit-Tnejn sal-Ġimgħa jew billi jaċċessa l-website: www.maltabible.com

Grace Cilia

Segretarja Ġenerali

Għaqda Biblika Maltija

Biex tniżżel l-applikazzjoni għall-korsijiet għafas hawn.