• Fis‑sena akkademika li tibda f’Ottubru 2016, l‑Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali u diversi entitajiet formattivi oħra fil‑Knisja ser joffru korsijiet varji ta’ formazzjoni Nisranija. Fost is‑16‑il kors offruti mill‑Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali hemm korsijiet dwar ir‑rispett lejn il‑ħajja umana, il‑ħajja tal‑familja, l‑Evanġelizzazzjoni, l‑użu tas‑social media fl‑Evanġelizzazzjoni u l‑Ekumenizmu.
    Il‑korsijiet offruti se jkunu dawn:
     
    • The Human Experience of God in Prayer  (NQF livell 4)
    • Basic Course in Parish Life (NQF livell 4)
    • Respect for Life (NQF livell 5)
    • Module in Franciscan Spirituality (NQF livell 5)
    • Politics & the Common Good: The Call to Public Life (NQF livell 5)
    • Module on the Ministry of the Liturgical Cantor (NQF livell 5)
    • Module on Liturgical Flower Ministry (NQF livell 5)
    • General Education Award in Evangelisation  (NQF livell 4)
    • Higher Education Award in Evangelisation in a Digital Age (NQF livell 5)
    • Higher Education award in Ecumenism (NQF livell 5)
    • Higher Education Award in Family Ministry  (NQF livell 5)
    • Higher Education Award in Adolescent and Youth Ministry (NQF livell 5)
    • Higher Education Award in the Liturgy (NQF livell 5)
    • Higher Education Award in Parish Nursing (NQF livell 6)
    • Higher Education Award in Catholic Social Teaching (NQF livell 5)
    • Higher Education Award in Christian Leadership I (NQF livell 5)
     
    Il‑korsijiet tal‑Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali huma akkreditati mill‑Malta Qualifications Council u jwasslu għal General Education Award jew Higher Education Award. Il‑prospectus għas‑sena akkademika 2016–2017 jista’ jitniżżel mis‑sit www.maltapfi.org/courses Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jibgħat email fuq [email protected]
    L‑Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali twaqqaf fl‑2007 bl‑iskop li joffri formazzjoni lill‑Insara għall‑ħtiġijiet reali tas‑soċjetà kontemporanja.