-
-
Il-Kunsill il-ġdid tal-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann għas-sena bejn l-2019 u l-2020 jilqa’ fih lis-Sur Wilfrid Buttigieg, President tal-Fondazzjoni (ċentru), u (mix-xellug) lil Dr Philip Farrugia Randon, Monsinjur Louis Camilleri, Dr Ray Bondin, u Monsinjur Victor Zammit McKeon, li magħhom ingħaqad ukoll Monsinjur Prof. Emanuel Agius, bħala membru ġdid tal-Kunsill. Is-Sur Joe Gerada (fuq il-Lemin) huwa s-Segretarju tal-Kunsill.
Il-membri tal-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann huma responsabbli ta’ dan it-teżor internazzjonali. Il-Fondazzjoni tamministra l-knisja u l-mużew sabiex tassigura l-konservazzjoni u t-tmexxija effettiva ta’ dan il-monument storiku u arkitettoniku, kif ukoll bħala post ta’ qima.