Il-Kulleġġ tal-Kappillani tal-Knisja f’ Malta għadu kemm ħatar Kunsill ġdid għas-snin 2012 – 2013.  Il-Kunsill tal-Kappillani huwa ffurmat minn seba’ membri tal-Kulleġġ tal-Kappillani li hu magħmul mis-70 kappillan tal-parroċċi f’Malta. Il-Kunsill hu ffurmat hekk:

President: Dun Gordon Refalo, Kappillan tas-Swatar

Viċi-President: Dun Bastjan Caruana, Kappillan ta’ Ħaż-Żabbar

Segretarju tal-Kulleġġ: Dun Mario Said, Kappillan ta’ Ħal Għaxaq

Segretarju tal-Kunsill: Patri Alex Scerri O.Carm, Kappillan ta’ Santa Venera

Teżorier: Dun Noel Vassallo, Kappillan ta’ Ħ’Attard

Membri:  Dun Albert Buhagiar, Arċipriet tal-Mosta

Patri Renald Lofreda O.Carm, Kappillan tal-Fgura.

Il-Kunsill huwa responsabbli li janalizza l-ħwejjeġ li jolqtu l-ħidma pastorali fil-parroċċi u t-tmexxija tal-Kulleġġ, permezz ta’ laqgħat regolari. Dun Gordon qal li flimkien mal-membri tal-Kunsill il-ġdid, jixtieq ikompli jaħdem sabiex ikunu ta’ għajnuna għall-Arċisqof u għall-Kappillani kollha fil-ħidma pastorali tagħhom.