Nhar is-Sibt 16 ta’ Novembru l-Arċisqof Charles J. Scicluna amministra s-Sagrament tal-Griżma lil 57 adolexxent (21 tifel u 36 tifla) li jattendu l-iskola ta’ San Anton, fis-Santwarju tal-Ħniena Divina, in-Naxxar.

Nhar il-Ħadd 17 ta’ Novembru l-Arċisqof amministra wkoll is-Sagrament tal-Griżma lil 28 adolexxent (18-il tifel u 10 bniet) fil-Knisja Parrokkjali ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid.

Aktar ritratti: knisja.mt/ritratti

L-adolexxenti bniet mill-iskola ta’ San Anton li rċevew is-Sagrament tal-Griżma
L-adolexxenti subien mill-iskola ta’ San Anton li rċevew is-Sagrament tal-Griżma
L-adolexxenti bniet mill-Parroċċa Kristu Re li rċevew is-Sagrament tal-Griżma
L-adolexxenti subien mill-Parroċċa Kristu Re li rċevew is-Sagrament tal-Griżma