• Bejn il-Ġimgħa 25 u s-Sibt 26 ta’ Settembru 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ltaqa’ mal-kleru reliġjuż u djoċesan, f’żewġ laqgħat li saru fl-Istitut Kattoliku, il-Furjana, u fis-Seminarju tal-Arċisqof, tal-Virtù. Matul dawn il-laqgħat ta’ diskussjoni, l-Arċisqof tkellem dwar il-viżjoni tiegħu għall-Knisja f’Malta, l-identità tas-saċerdoti u l-kuntatt tagħhom mal-Arċisqof, filwaqt li qasam numru ta’ riflessjonijiet dwar is-Sena tal-Ħniena li tibda fit-8 ta’ Diċembru li ġej.

  • Ritratti: Uffiċċju Komunikazzjoni, Kurja