• Nhar it-Tlieta 24 ta’ Novembru 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ġie ppreżentat bil-ktieb ‘L-Art tal-Kliem – Il-Maltin fl-Art Imqaddsa u lil hinn’ mid-direttur tal-Publikazzjonijiet tal-Merlin, Is-sur Chris Gruppetta, l-Editriċi Kristina Chetcuti u waħda mill-awtriċi tal-ktieb, is-Sinjura Nathalie Grima. 
    Dan il-ktieb jiġbor fih esperjenzi u realtajiet ta’ sorijiet, qassisin u lajċi Maltin li ilhom snin twal jgħixu fl-Art Imqaddsa u lil hinn. Uħud minnhom, bħal Sister Antonia Agius, telqu minn Malta fuq ajruplan tal-gwerra u ilhom hemm mill-1945. L-Art tal-Kliem joffri mumenti diffiċli, umli, skomdi, sempliċi, umoristiċi, imnikkta mill-ħajja ta’ 31 Malti u Maltija li rrakontaw dwar il-ħidma sfiqa tagħhom.
  • Ritratti: Uffiċċju Komunikazzjoni, Kurja