Il-Ġimgħa, 18 ta’ Diċembru 2009, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP għamel żjara lir-residenti u lill-ħaddiema f’San Blas. Il-laqgħa bdiet b’ħin ta’ talb fil-kappella u wara l-Arċisqof ġie mistieden jiekol mar-residenti. Wara l-ikel, l-Arċisqof żar ukoll wirja ta’ presepji li nħadmu mir-residenti. L-Arċisqof wera apprezzament kbir ghall-ħiliet u l-kreattivita’ tar-residenti. Iż-żjara tal-Arċisqof kompliet b’ħin ta’ diskussjoni fejn ir-residenti qasmu mal-Arċisqof ħsibijiet u esperjenzi minn ħajjithom. Iż-żjara tal-Arċisqof f’San Blas intemmet b’messaġġ qasir ta’ kuraġġ lir-residenti.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinkisbu mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]

Jekk kont preżenti għal din l-attivita’, ħalli l-kummenti tiegħek.