Nhar it-Tlieta, 2 ta’ Marzu, 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP żar l-iskola primarja ta’ Ħal Għaxaq bħala parti miż-żjara pastorali f’din il-lokalita’. L-Arċisqof iltaqa’ mal-għalliema, studenti u ġenituri li kienu preżenti. L-istudenti dehru ferm entużjasti b’din iż-żjara u ħadu l-opportunita’ biex juru lill-Arċisqof xogħol li jwettqu f’attivitajiet extra-kurrikulari. F’laqgħa mal-istudenti l-kbar, l-Arċisqof ħa l-opportunita’ li jiddiskuti u jwieġeb għall-mistoqsijiet kurjużi li kellhom għalih u saħansitra lagħab magħhom il-logħba tradizzjonali Maltija, boċċi. Għall-programm sħiħ taż-Żjara Pastorali tal-Arċisqof f’Ħal Għaxaq AGĦFAS HAWN.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]

Jekk kont preżenti għal din l-attivita’, ħalli l-kummenti tiegħek.