Il-Ġimgħa, 22 ta’ Jannar 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP żar il-Kulleġġ San Tumas More – Skola Primarja Tarxien. F’din l-iskola bħalissa jattendu 232 student. L-Arċisqof ingħata merħba mit-tfal kollha fil-bitħa tal-iskola. It-tfal kantaw diversi innijiet reliġjużi u qalu t-talba ta’ filgħodu. It-tfal offrew donazzjoni ta’ flus biex tingħata lid-Dar tal-Providenza. Wara ttella’ żewġ programmi qsar mit-tfal kollha. L-Arċisqof indirizza lit-tfal u lill-ġenituri preżenti. Wara żar lit-tfal fil-klassijiet fejn tkellem mat-tfal u mal-għalliema tagħhom. Fl-aħħar żar l-uffiċini tal-iskola.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]

Jekk kont preżenti għal din l-attivita’, ħalli l-kummenti tiegħek.