Nhar l-Erbgħa, 20 ta’ Ottubru 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. żar l-iskola Primary A tal-Mosta. Matul in-nofs ta’ nhar li l-Arċisqof qatta’ fl-iskola, ħa l-opportunita’ mhux biss li jiltaqa’ mal-membri amministrattivi, iżda wkoll f’laqgħa organizzata apposta mal-ġenituri, tahom xi pariri u sema’ dak li kellhom xi jgħidu.

Wara Mons. Arċisqof żar il-klassijiet kollha tat-Tielet u tat-Tieni Sena filwaqt li dawk tal-Ewwel Sena u tal-Kindergarten kienu miġbura flimkien. Waqt il-bosta laqgħat tal-Arċisqof Cremona mat-tfal huma wrewh xi xogħol li kienu qed jagħmlu, kif ukoll saqsewh mistoqsijiet anke dwar it-tfulija u ż-żgħożija tiegħu.

Iż-żjara fl-Iskola Primarja A ntemmet bit-tfal kollha miġbura fil-bitħa tal-iskola fejn kantaw xi innijiet u wkoll ippreżentawlu offerti ta’ oġġetti tal-ikel u flus biex jiġu mgħoddija lid-Djar tat-Tfal tal-Knisja.

Għall-programm sħiħ taż-Żjara Pastorali tal-Arċisqof fil-Mosta AGĦFAS HAWN.

Ritratti: Victor Caruana