Nhar il-Hamis, 29 ta’ Lulju, 2010 kienet gurnata specjali u memorabbli ghal Kidstart Summer Club li jigi operat mill-Vista Coop fl-iskola St Theresa Junior Lyceum tal-iMriehel, li bi pjacir ta merhba sabiha lill-Arcisqof Pawlu Cremona.

Madwar 200 tifel u tifla ta’ bejn 8 u 11-il sena laqghu lill-Arcisqof b’kant filwaqt li offrewlu ikel ghall-familji fi bzonn.  Dawn gabruhom huma stess matul dik il-gimgha. L-Arcisqof laqghuh bill-kanzunetta “He’s Got the Whole World in His Hands”. Wara tkellmu mal-Arcisqof dwar hafna affarijiet u kurzitajiet li kellhom u l-Arcisqof ha gost ferm jirrakonta stejjer helwin mill-esperjenzi tieghu ta’ matul tfulitu u anke saz-zmien li lahaq Arcisqof.

Wara, l-Arcisqof gie mistieden izur il-klassijiet tal-Minis fejn jattendu tfal ta’ bejn 2 u 3 snin.  Hemmhekk ic-ckejknin kellmuh dwar il-‘pets’ li jkollhom f’kull klassi biex huma jitghallmu japprezzaw aktar l-ambjent.

Grupp ta’ zghazagh ta’ bejn 13 u 15-il sena  kellhom ic-cans jistaqsu lill-Arcisqof diversi mistoqsijiet  ta’ nteress partikolari ghal eta ta’ dawn iz-zghazagh. Kien imiss li l-Arcisqof izur it tfal ta’ bejn 4 u 7 snin f’kull klassi fejn kantawlu ‘action songs’ helwin.

Fl-ahhar, l-Arcisqof kellu laqgha qasira mal-istaff tal-Amministrazzjoni u l-membri tal-Vista Coop li rringrazzjawh tal-interess u ghall-hin tieghu maghhom.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]

Jekk kont preżenti għal din l-attivita’, ħalli l-kummenti tiegħek.