• Nhar is-Sibt 28 ta’ Novembru 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna laqa’ lill-Prinċep Charles ta’ Wales, u martu Camilla, id-Dukessa ta’ Cornwall fil-Katidral Metropolitan ta’ San Pawl, l-Imdina. Il-Prinċep Charles ta’ Wales, u martu bħalissa qed jakkumpanjaw lill-Maesta Tagħha r-Reġina Eliżabetta II fuq żjara statali fl-okkażjoni tal-laqgħa tal-kapijiet tal-istati membri tal-Commonwealth (CHOGM).