Matul il-Viżta Pastorali fil-parroċċa ta’ San Girgor f’Tas-Sliema, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iltaqa’ ma diversi kummissjonijiet parrokkjali.

Nhar il-Ħadd 28 t’April, l-Arċisqof iltaqa’ mal-kummissjoni Djakonija fid-dar parrokkjali. It-Tnejn 29 t’April, l-Arċisqof iltaqa’ mal-katekisti fiċ-Ċentru tal-Katekiżmu. Ftit wara ltaqa’ mal-Kunsill Pastorali Parrokkjali, mal-Kummissjoni Implimentazzjoni Sinodu, u mal-Kummissjoni taċ-Ċentru tal-Katekeżi, Tas-Sliema.

Nhar il-Ħamis, 2 ta’ Mejju, l-Arċisqof iltaqa’ mal-Kummissjoni Liturġija u l-Kummissjoni Familja fiċ-Ċentru tal-katekiżmu u l-Ġimgħa 3 ta’ Mejju huwa ltaqa’ Ministri tal-Evanġelizzazzjoni fiċ-Ċ!entru tal-Katekiżmu.

Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]