• Illum, it-Tlieta, 8 ta’ Diċembru 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ser jiċċelebra Quddiesa għal dawk il-koppji li żżewġu matul l-2015. Din iċ-ċelebrazzjoni se ssir fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, u tibda fil-5:30 p.m. Wara l-Quddiesa, l-Arċisqof jiltaqa’ personalment mal-koppji miżżewġa.

    L-Arċisqof ser jiltaqa’ wkoll mal-koppji għarajjes li ser jiżżewġu s-sena d-dieħla. Din il-Quddiesa se ssir nhar is-Sibt, 24 ta’ Jannar 2016, fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Il-Quddiesa tibda fil-5:30 p.m. Dakinhar ukoll, l-Arċisqof jiltaqa’ personalment mal-koppji.

    Fl-okkażjoni tal-festa tal-Familja Mqaddsa, is-Sibt, 26 ta’ Diċembru 2015,  l-Arċisqof ser jiċċelebra Quddiesa għall-koppji u għall-familji. Il-Quddiesa se ssir fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt, Valletta, u tibda fil-5:30 p.m.

    Dawn it-tliet ċelebrazzjonijiet huma organizzati mill-Moviment ta’ Kana.