• Illum f’nofsinhar, l-Arċisqof Charles J. Scicluna flimkien mal-impjegati tal-Kurja u l-Caritas Malta osservaw minuta silenzju għall-vittmi tal-attakki terroristiċi li seħħ f’Pariġi. Ezattament wara, l-Arċisqof iċċelebra quddiesa b’suffraġju għall-vittmi li ħallew ħajjithom fl-attakki terroristiċi li sehhew dan l-ahhar, filwaqt li sar ukoll talb għall-paċi.