• Nhar il-Ġimgħa 26 ta’ Settembru 2014, l-Arċisqof Pawlu Cremona laqa’ lura liż-żgħażagħ li għamlu esperjenza ta’ volontarjat matul is-sajf, waqt l-attività Volunteers’ Homecoming. L-attività saret fiċ-Ċentru Animazzjoni Missjunarja, f’Santa Venera.

    Din is-sena, ‘il fuq minn 500 voluntier minn 27 organiżżazzjoni differenti wettqu proġetti ta’ volontarjat f’aktar minn 30 belt madwar id-dinja, mifruxa f’erba’ kontinenti.

    Din l-edizzjoni tal-Volunteers’ Homecoming ġiet organiżżata minn Youths4Mission, bil-kordinazzjoni tal-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ (KDŻ).