• L-Arċisqof Charles J. Scicluna ser jippreżenta l-punti prinċipali tal-Enċiklika tal-Papa Franġisku “Laudato Si’” (Tkun imfaħħar int, [Mulej]). Il-preżentazzjoni ser issir nhar l-Erbgħa 24 ta’ Ġunju 2015, fis-7:00 p.m., fil-bitħa ċentrali tas-Seminarju tal-Arċisqof, tal-Virtù, ir-Rabat.

    Għal din l-attività ġew mistiedna l-Membri Parlamentari, rappreżentanti tal-għaqdiet mhux governattivi li jaħdmu favur l-ambjent, il-kapijiet tal-iskejjel tal-Knisja u tal-Istat, il-kappillani, rappreżentanti lajċi minn kull parroċċa f’Malta u rappreżentanti minn għadqiet impenjati fil-Knisja. Il-pubbliku huwa mistieden jattendi.

    Din l-Enċiklika hija l-ewwel dokument maġġuri tal-Knisja ddedikat kollu kemm hu għas-suġġett tal-ambjent. Fiha, il-Papa Franġisku jittratta diversi issues ekoloġiċi u jindirizza l-effetti ta’ fatturi ambjentali fuq il-kwalità tal-ħajja tal-bniedem u r-relazzjonijiet fis-soċjetà.