• Ir-Raba’ Ħadd tal-Għid
    Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Atti 13, 14. 43-52
    Salm: 99 (100), 2.3.5
    It-Tieni Qari: Apok 7, 9.14b-17

    L-Evanġelju: Ġw 10, 27-30

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal: “In-nagħaġ tiegħi jisimgħu leħni, u jiena nagħrafhom, u huma jimxu warajja. U jiena nagħtihom il-ħajja ta’ dejjem; u huma ma jintilfu qatt, u minn idejja ma jaħtafhomli ħadd.

    Missieri, li tahomli, hu akbar minn kulħadd, u ħadd ma jista’ jaħtafhom minn id il-Missier. Jien u l-Missier aħna ħaġa waħda”.