• It-Trinita’ Qaddisa – Solennita’
    Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Prov 8, 22-31
    Salm: 8, 4-5.6-7.8-9
    It-Tieni Qari: Rum 5, 1-5

    L-Evanġelju: Ġw 16, 12-15

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Baqagħli ħafna ħwejjeġ x’ngħidilkom, imma għalissa ma tifilħux għalihom. Meta jiġi hu, l-Ispirtu tal-verità, iwassalkom għall-verità kollha; għaliex hu ma jgħid xejn minn tiegħu, imma jgħid dak li jisma’, u jħabbrilkom il-ġejjieni.

    Hu jagħtini glorja, għaliex jieħu minn dak li hu tiegħi u jħabbru lilkom. Dak kollu li għandu l-Missier huwa tiegħi. Għalhekk għedt li jieħu minn dak li hu tiegħi u jħabbru lilkom”.