• Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Żak 8, 20-23
    Salm: 86 (87), 1-3.4-5.6-7

    L-Evanġelju: Lq 9, 51-56

  • Meta qorob għalih iż-żmien li fih kellu jittieħed mid-dinja, Ġesù b’rieda sħiħa dar u telaq lejn Ġerusalemm. U bagħat xi messaġġiera qablu li, huma u sejrin, daħlu f’raħal tas-Samarija biex iħejjulu fejn joqgħod. Iżda hemmhekk ma laqgħuhx, billi hu kien sejjer Ġerusalemm.

    Meta raw dan, id-dixxipli Ġakbu u Ġwanni qalulu: “Mulej, tridx ngħidu lin-nar jinżel mis-sema u jeqridhom?”. Iżda hu dar fuqhom u ċanfarhom. U marru f’raħal ieħor.

    Qaddisa tal-jum: Santa Tereża tal-Bambin Ġesu’