• Il-Verġni Mqaddsa Marija tad-Duluri
    Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Rum 8, 31b-39
    Salm: 17 

    L-Evanġelju: Ġw 19: 25-27

  • Kien hemm wieqfa ħdejn is-salib ta’ Ġesù, ommu, oħt ommu, Marija ta’ Kleofa u Marija ta’ Magdala.

    Mela kif Ġesù lemaħ lil ommu u lid-dixxiplu li kien iħobb wieqaf ħdejha, qal lil ommu: “Mara, hemm hu ibnek”. Imbagħad qal lid-dixxiplu: “Hemm hi ommok.”

    U minn dak il-ħin id-dixxiplu ħadha għandu.