It-Tlieta tal-Ħames Ġimgħa tal-Għid
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 14, 19-28
Salm: 144 (145), 10-11.12-13ab.21

L-Evanġelju: Ġw 14, 27-31a

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jiena nħallilkom is-sliem; nagħtikom is-sliem tiegħi; ma nagħtihulkomx kif tagħtih id-dinja. Tħallux qalbkom titħawwad u anqas titbeżża’. Smajtu x’għedtilkom: “Jiena sejjer u nerġa’ niġi għandkom”.

Kieku kontu tħobbuni, kontu tifirħu li sejjer għand il-Missier, għax il-Missier hu akbar minni. U għedtilkom dan minn issa qabel ma jseħħ, biex meta jseħħ temmnu. M’iniex se nkellimkom iżjed fit-tul, għax il-Prinċep tad-dinja ġej. Kontra tiegħi xejn ma jista’ jagħmel; iżda ħalli d-dinja tagħraf li jiena nħobb lill-Missier u li nagħmel kif ordnali l-Missier”.