Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżek 18:1-10,13b,30-32
Salm: 50 (51):12-13,14-15,18-19

L-Evanġelju: Mt 19:13-15

F’dak iż-żmien, ressqu quddiem Ġesù xi tfal żgħar biex iqiegħed idejh fuqhom u jitlob għalihom. Iżda d-dixxipli qabdu jgħajtu magħhom.

U Ġesù qalilhom: “Ħalluhom it-tfal iż-żgħar jiġu għandi, u la żżommuhomx, għax ta’ min hu bħalhom hija s-Saltna tas-Smewwiet”.

Imbagħad qiegħed idejh fuqhom u telaq minn hemm.

Qaddisin tal-jum: San Ponzjanu, Papa u San Ippolitu, presbiteru u martri