Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżodu 3, 13-20
Salm: 104 (105) 1 u 5. 8-9.24-25.26-27

L-Evanġelju: Mt 11, 28-30

F’dak iż-żmien, Ġesù qal: “Ejjew għandi, intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin, u jiena nserraħkom. Ħudu fuqkom il-madmad tiegħi u tgħallmu minni, għaliex jiena ta’ qalb ħelwa u umli, u intom issibu l-mistrieħ għal ruħkom. Għax il-madmad tiegħi ħelu u t-toqol tiegħi ħafif”.

Qaddis tal-jum: San Bonaventura, isqof u duttur tal-Knisja