• San Luqa 18:35-43

    Ġara li, huwa u riesaq lejn Ġeriko, kien hemm wieħed agħma bilqiegħda mal-ġenb tat-triq jittallab il-karità. Dan sama’ l-kotra tan-nies għaddejja u beda jistaqsi x’ġara. U qalulu li kien għaddej Ġesù ta’ Nazaret. Hu qabad jgħajjat u jgħid: “Ġesù, Bin David, ikollok ħniena minni!” Dawk li kienu mexjin quddiem bdew iċanfruh u jsikktuh, imma hu aktar issokta jgħajjat: “Bin David, ikollok ħniena minni!” Ġesù waqaf u ordna li jressquhulu quddiemu. Meta resaq, staqsieh: “Xi tridni nagħmillek?” “Li nara, Mulej,” wieġbu dak. U Ġesù qallu: “Ara, iva! Il-fidi tiegħek salvatek.” U minnufih beda jara, u baqa’ miexi warajh jagħti glorja lil Alla. U l-poplu kollu li ra dan beda jfaħħar lil Alla.

    Qaddisin tal-jum: Santa Margerita tal-Iskozja, Santa Gertrude il-Kbira, Badessa