• Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Ġożwè 24, 14-29
    Salm: 15 (16), 1-2a u 5.7-8.11

    L-Evanġelju: Mt 19, 13-15

  • F’dak iż-żmien, ressqu quddiem Ġesù xi tfal żgħar biex iqiegħed idejh fuqhom u jitlob għalihom. Iżda d-dixxipli qabdu jgħajtu magħhom.

    U Ġesù qalilhom: “Ħalluhom it-tfal iż-żgħar jiġu għandi, u la żżommuhomx, għax ta’ min hu bħalhom hija s-Saltna tas-Smewwiet”.

    Imbagħad qiegħed idejh fuqhom u telaq minn hemm.