Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 11:1-9
Salm:
32 (33):10-11,12-13,14-15

L-Evanġelju: 
Mk 8:34 – 9:1

F’dak iż-żmien, Ġesù sejjaħ lejh in-nies flimkien mad-dixxipli tiegħu u qalilhom: “Jekk xi ħadd irid jiġi warajja, għandu jiċħad lilu nnifsu, jerfa’ salibu, u jimxi warajja. Għax min irid isalva ħajtu, jitlifha; imma min jitlef ħajtu għall-imħabba tiegħi u tal-Evanġelju, isalvaha.

Għax x’jiswielu l-bniedem jekk jikseb id-dinja kollha u mbagħad jitlef ħajtu? Xi prezz jista’ jagħti l-bniedem biex isalva ħajtu? Għax jekk xi ħadd, minn dan in-nisel żieni u midneb tal-lum, għad jistħi minni u minn kliemi, Bin il-bniedem ukoll għad jistħi minnu meta jiġi fil-glorja ta’ Missieru flimkien mal-anġli mqaddsa”.

Qalilhom ukoll: “Tassew ngħidilkom, li hawn xi wħud minnkom li qegħdin hawn, li żgur ma jġarrbux il-mewt qabel ma jaraw il-wasla tas-Saltna ta’ Alla, mogħnija bil-qawwa”.

Qaddisin tal-jum: Is-Seba’ Qaddisin Fundaturi tal-Ordni tas-Serviti ta’ Marija