• San Mattew 6, 7-15

      Intom u titolbu toqogħdux tlabalbu bħall-pagani; dawn mingħalihom li, iktar ma jgħidu, iktar jinstemgħu. Tkunux bħalhom, għax Missierkom jaf x’teħtieġu, qabel ma titolbuh intom. Mela itolbu hekk:

      ‘Missierna, li inti  fis-smewwiet,

      jitqaddes ismek,

      tiġi saltnatek,

      ikun li trid int, kif fis-sema, hekkda fl-art.

      Ħobżna ta’ kuljum agħtina llum.

      Aħfrilna dnubietna,

      bħalma naħfru lil min hu ħati għalina.

      U la ddaħħalniex fit-tiġrib,

      iżda eħlisna mid-deni.’

      Għax jekk intom taħfru lill-bnedmin il-ħtijiet tagħhom, Missierkom li hu fis-smewwiet jaħfer lilkom ukoll. Imma jekk intom ma taħfrux lill-bnedmin il-ħtijiet tagħhom, anqas Missierkom ma jaħfer lilkom il-ħtijiet tagħkom.

      Qaddis tal-jum: Santa Eliżabetta minn Schoenau