• San Mattew 12:38-42

    Mbagħad xi wħud mill-kittieba u l-Fariżej qabdu u qalulu: “Mgħallem, xtaqna kieku naraw sinjal mingħandek!”, Iżda hu weġibhom: “Sinjal iridu nisel ħażin u infidil! Imma ebda sinjal ma jingħatalu ħlief dak tal-profeta Ġona. Għax kif Ġona għamel tlitt ijiem u tlitt iljieli f’żaqq il-ħuta, hekk ukoll Bin il-bniedem għad jagħmel tlitt ijiem u tlitt iljieli fil-qalba ta’ l-art. F’jum il-ħaqq, in-nies ta’ Ninwè għad iqumu kontra dan in-nisel u jikkundannawh, għax huma nidmu wara l-predikazzjoni ta’ Ġona; u araw hawn minn hu aqwa minn Ġona hawnhekk! F’jum il-ħaqq, is-sultana tan-nofsinhar għad tqum u teħodha kontra dan in-nisel u tikkundannah, għax hi ġiet mit-truf ta’ l-art biex tisma’ l-għerf ta’ Salamun; u araw hawn min hu aqwa minn Salamun hawnhekk!
    Qaddis tal-jum: San Frederiku, Isqof u Martri