• San Mattew 12:46-50

    Kif kien għadu qiegħed ikellem lin-nies, ġew ommu u ħutu, waqfu barra u fittxew li jkellmuh. Xi ħadd qallu: “Ara, ommok u ħutek qegħdin barra jfittxu li jkellmuk.” Iżda hu wieġeb lil dak li kellmu, u qallu: “Min hi ommi? U min huma ħuti?” Mbagħad medd idu lejn id-dixxipli tiegħu u qal: “Dawn, araw, huma ommi u ħuti. Għax kull min jagħmel ir-rieda ta’ Missieri li hu   fis-smewwiet, dak huwa ħija, u oħti, u ommi.”
    Qaddisin tal-jum: Serv ta’ Alla Francis Garces u l-kumpanji tiegħu, Martri