• San Ġwann 15:26-16:4A
    Ġesù qal lid-dixxipli:
    “Meta jiġi d-Difensur, li se nibagħtilkom mingħand il-Missier,
    l-Ispirtu tal-verità, li ġej mill-Missier, huwa jixhed għalija.
    U intom ukoll tixhdu, għax intom kontu miegħi sa mill-bidu.
     “Dawn il-ħwejjeġ għedthomlkom biex ma titfixklux. 
    Ikeċċukom ‘il barra mis-sinagogi, mhux biss,
     imma tasal is-siegħa meta min joqtolkom
    jaħseb li jkun qiegħed jagħti qima lil Alla. 
    Dan jagħmluh għax la għarfu lill-Missier u lanqas lili. 
    Imma dan kollu għedthulkom biex,
    meta tasal is-siegħa li jagħmlulkom dan,
    tiftakru li jiena għedthulkom.
    Qaddis tal-jum: San Atanasju