• Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Eżodu 12, 37-42
    Salm: 135 (136), 1 u 23-24. 10-12.13-15

    L-Evanġelju: Mt 12, 14-21

  • F’dak iż-żmien, il-Fariżej ħarġu u bdew jiftiehmu bejniethom kontra Ġesù, kif se jeqirduh. Ġesù sar jaf b’dan u telaq minn hemm. Ħafna nies marru warajh u fejjaqhom kollha, u ordnalhom bis-sħiħ biex ma jurux min kien, biex hekk iseħħ dak li kien ingħad permezz tal-profeta Isaija, meta qal: 

    “Ara l-Qaddej tiegħi li jiena ħtart, l-għażiż tiegħi li bih ruħi tgħaxxqet! jien inqiegħed l-Ispirtu tiegħi fuqu u hu jxandar il-ġustizzja lill-ġnus. Ma jiksirha ma’ ħadd, ma jgħollix leħnu u ħadd ma jisma’ leħnu fil-pjazez. Qasba mġelġla ma jiksirhiex, u musbieħ inemnem ma jitfihx, sa ma jwassal il-ġustizzja għar-rebħa, u f’ismu jittamaw il-ġnus”.

    Qaddis tal-jum: San Apollinaris, Isqof u martri